Kumpless sportiv Sports complex

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal KUMPLESS SPORTIV magħmul minn żewġ partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir is-sinjal għal STABBILIMENT. Dan is-sinjal isir biż-żewġ idejn li jieħdu l- forma ta’ 1 bil-pala tal-id tħares ’il barra. Il-werrej ta’ id imiss mal-werrej tal-id l-oħra livell mal-wiċċ. L-idejn jitbiegħdu lejn il-ġenb imbagħad ’l isfel u jiffurmaw linja b’angolu rett. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal SPORTS. L-idejn jieħdu l-forma ta’ ponn bis-saba’ l-kbir maħruġ ’l barra. Il-pala ta’ id tħares lejn l-oħra ftit ’il barra u l-idejn imissu ħafif ħafif waqt li jduru kontra xulxin mingħajr ma jisseparaw.

Is-sinjal għal POST jew BINI ġieli jsir minflok is-sinjal għal STABBILIMENT. Għal POST, id waħda tieħu l-forma ta’ 5 kkurvat bil-pala tħares ’l isfel. L-id titqiegħed quddiem is-sider. Għal BINI, l-idejn jieħdu l-forma ta’ ponn bil-pala tħares ’il ġewwa u jitqiegħdu fuq xulxin. L-id li tkun taħt terġa’ titqiegħed fuq l-id l-oħra.

The sign for SPORTS COMPLEX is made up of two parts. (i) The first part is the sign for ESTABLISHMENT. This is made with both hands in the shape of 1 with palms facing outwards. The index fingers touch and then move away to the side and then downwards to form right angles. (ii) In the second part, the sign for SPORTS is made. The hands take the shape of a fist with the thumb stretched out. The palms face each other. The hands brush against each other as they rotate against each other without losing contact.

The sign for PLACE or BUILDING is sometimes used instead of the sign for ESTABLISHMENT. The sign for PLACE is made with one hand. The hand takes the shape of a curved 5 with the palm facing downwards and is placed at chest level. The sign for BUILDING is made with both hands. The hands take the shape of a fist with palm facing inwards and are placed on top of each other. The hand at the bottom is then placed over the other hand.